Ftit storja tal-brazil- Meta l-Portugizi bdew gejjin il-Brazil l-ewwel nies li kienu jidhlu kienu dawk li jissejhu Bandeirantes ( bhal conquistadore) dawn kien jinzlu max-xmajjar u jikkacjaw l-Indios biex jaghmluhom skjavi u jiehdu d-deheb! Dawn kienu jgibu maghhom ukoll il-qassisn u l-patrijiet biex jevangellizaw il-popli indigeni! Ghal Bidu kienu jgibu hafna gizwiti! Il-bandeirantes imbaghd kienu jwaqqfu rhula li jissejhu Villa! F'dawn kien ikun hemm kurunell u mhallef u Kappillan kollha maghzula mill-istat! Hawn kienet permessa l-iskjavitu tal-Indios kif ukoll kienet mitkellma l-lingwa portugiza. Il-Gizwiti li minn dejjem kienu daqxejn politici ma kienux kuntenti bis-sitwazzjoni allura bdew iwaqqfu Aldeamenti li huma rhula li fihom kienu jigbru l-Indios. Minhabba l-influenza li kellhom mar-regina tal-Portugall kienu gabu il-privilegg li f'dawn l-aldeamenti ma setghux jidhlu l-bojod biex jikkacjaw l-Indios. Anqas kienu jitkellmu l-portugiz imma Tupi-guarani lingwa indigena! Il-Belt il-kbira ta' Sao Paulo kienet originarjament Aldeamento waqt li Sao Roque kien Villa!
Il-Portugizi imma ma setgux jibqghu bl-iskjavi Indios biss ghax dawn ma kienux jafu jahdmu l-art allura bdew jimpurtaw hafna skjavi suwed! il-Gizwiti ma sabux oggezjoni ghal dan. Anzi ekonomu Gizwita jitkelem fuq kif jaqbillek titratta l-iskjav tieghek u jghid li l-ewwel ghandek titimghu ha jkollu sahha jahdem, imbghad ittih ir-religjon ha ttih is-salvazzjoni u wara tista ssawtu jekk hemm bzonn!
Eventwalment il-Portugizi bdew ikeccu l-gizwiti u l-aldeamenti bdew isiru Villa! hafna Indios xorta spiccaw skjavi! Il-lingwa portugiza infirxet u saret mitkellma minn kulhadd!
No comments:
Post a Comment